Friday, July 17, 2026
Home Elezzjoni 2022 “Dawk li kissru l-PN għandhom jassumu tort tat-telfa”

“Dawk li kissru l-PN għandhom jassumu tort tat-telfa”

0
1372

L-eks kunsillier Nazzjonalista, Andre Grech iddikjara wara li saret magħrufa r-rebħa Laburista  li “dawk li kissru l-Partit Nazzjonalista għandhom jassumu tort għal din it-telfa.”

Grech li hu magħruf għall-appoġġ li kien jagħti lil eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia, qal dan f’kumment li kiteb għal reazzjoni lejn ritratt li ġie ppubblikat  ta’ nagħma b’rasha mgħaddsa fir-ramel.

Huwa rrimarka li dan huwa l-istess ritratt li kienu jtellgħu dawk li kienu ssejħu Blue Heroes f’kull l-ewwel Ħadd tax-xahar mal-pubblikazzjoni tas-sondaġġi fuq il-gazzetti bħala botta lejn l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia.