Sunday, December 22, 2024

Dawk milquta mill-għargħar fil-Pakistan jitolbu għall-għajnuna

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mijiet ta’ persuni jinsabu maqbuda madwar ix-xmara fil-wied ta’ Manoor fil-provinċja ta’ Khyber Pakhtunkhwa fil-Pakistan wara li dan ir-reġjun intlaqat minn għargħar matul il-jum tal-Ġimgħa li qered minn tal-inqas għaxar pontijiet u għexieren ta’ bini oħra. 

“Għandna bżonn provvisti. Neħtieġu mediċini u li jerġa’ jinbena l-pont. Spiċċajna b’xejn.” Dawn kienu wħud mill-kummenti ta’ residenti li għaddew lill-ġurnalisti tal-BBC waqt żjara li għamlu f’dan ir-reġjun.

Il-wied ta’ Manoor jinsab fil-muntanji ta’ Kaghan – destinazzjoni turistika famuża fil-Pakistan. Il-wied intlaqat minn għargħar torrenzjali li qatel minn tal-inqas 15-il persuna fosthom nisa u tfal. 

L-għargħar litteralment kaxkar l-unika pont tal-konkos li jgħaqqad il-wied mal-belt prinċipali. Minn dakinhar, nqatgħu l-irħula kollha fuq n-naħa l-oħra tax-xmara u r-residenti qegħdin jistennew l-għajnuna. 

F’Manoor, waqgħu għalkollox żewġ pontijiiet u beda jsir qsim temoporanju permezz tal-injam. Mara li tkellmet mal-BBC qalet li għalkemm tista’ tara d-dar tagħha ma tistax tasal għaliha. 

Hija qalet li, “d-dar tiegħi u wliedi qegħdin fuq in-naħa l-oħra tax-xmara. Ilni jumejn nistenna hawn bit-tama li jiġi l-Gvern u jsewwi l-pont. Iżda l-awtoritajiet qed jgħidulna li għandna nibdew nimxu madwar in-naħa l-oħra tal-muntanja biex naslu fi djarna. Iżda dak jeħdilna tmienja sa għaxar sigħat. Jiena mara anzjana. Kif nista’ nimxi dak it-tul kollu?”.

Ekonomija

Sport