Il-Fondazzjoni Kulturali JP2 flimkien mal-Kunsill Kulturali ta’ Għawdex u l-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem jixtiequ jinfurmaw lill-pubbliku li minħabba l-instabilità tat-temp kif ukoll il-baħar imqalleb il-Kunċert tal-Epifanija li kellu jsir il-Ħadd 7 ta’ Jannar 2024 qed jiġi pospost għas-Sibt 13 ta’ Jannar 2024.
Il-kunċert se jospita waħda mill-kantanti ewlenin ta’ Malta, is-Sinjura Debbie Scerri, akkumpanjata minn bintha, Nicole. L-attività se ssir fil-Knisja ta’ Sant’Anton ta’ Padova f’Għajnsielem, u tibda fis-7.00pm.