Wednesday, July 24, 2024

Arda Guler jiddebutta ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Is-Sibt li għadda kienet ġurnata speċjali għall-attakkant internazzjonali Tork Arda Guler li sa fl-aħħar ingħata d-debutt ma’ Real Madrid. Dan il-plejer ta’ 18-il sena kien ġie akkwistat fis-sajf mit-tim mill-belt kapitali Spanjola sabiex għelbu l-konkorrenza ta’ Milan u Barcellona.

Hu lagħab fil-logħba mit-tazza tar-re kontra Arandina li l-Merengues rebħu 3-1 b’Guler li wettaq assist u saħansitra laqat il-lasta

Fi tmiem il-logħba, Guler kien ferm sodisfatt b’dan id-debutt għalkemm saħaq li fadallu ħafna x’jitgħallem.

Ekonomija

Sport