Saturday, July 18, 2026
Home Sport Timo Werner viċin Tottenham

Timo Werner viċin Tottenham

0
208

L-attakkant internazzjonali Ġermaniż Timo Werner hu lest biex jingħaqad ma’ Tottenham Hotspurs fis-sigħat li ġejjin. Il-klabb tiegħu RB Leipzig aċċettaw it-trasferiment tiegħu fuq bażi ta’ self bil-plejer li se jirritorna fil-Premier League Ingliż wara l-esperjenza mhux daqstant tajba li kellu ma’ Chelsea.

Werner ftit kellu wirjiet tajbin ma’ Leipzig meta skorja biss żewġ gowls fi tmien ħarġiet magħhom. Hu jittama li l-kowċ ta’ Spurs, Ante Postecoglou, jispirah biex jilgħab aħjar.