Wednesday, October 21, 2026
Home Sport Debutt pożittiv għat-tim A tal-irġiel fil-WPA Blackball World Championships 2026

Debutt pożittiv għat-tim A tal-irġiel fil-WPA Blackball World Championships 2026

0
56

Malta kellha bidu pożittiv fil-WPA Blackball World Championships 2026 f’Londra, b’mod partikolari permezz tat-tim tal-irġiel A.

Ilbieraħ, dawn tal-aħħar kisbu żewġ rebħiet, l-ewwel 19-6 kontra Mauritius u wara rebħa kbira ta’ 25-0 kontra l-Messiku. Min-naħa l-oħra, it-tim B tal-irġiel tilfu 14-11 kontra l-Afrika t’Isfel, filwaqt li t-tim ta’ taħt it-18-il sena sfaw megħluba 8-7 mit-tim ta’ taħt il-15-il sena tal-Ingilterra.. Anke l-plejers ta’ taħt it-23 sena kienu sfortunati, wara telfa minima ta’ 8-7 kontra l-Awstralja.

Illum, l-Erbgħa 21 ta’ Ottubru, Malta għandha programm impenjattiv. Fl-10:00, it-tim tal-irġiel B jilagħbu kontra British Army Men’s C, it-tim ta’ taħt it-18-il sena jiltaqa’ kontra l-Afrika t’Isfel U15 u l-l-irġiel A jaffaċċjaw lill-Ingilterra.

Fin-12.30, Malta U23 jiltaqgħu ma’ Franza, filwaqt li fit-3pm, Mlata U18 jilagħbu kontra l-Awstralja U15. Bl-irġiel A li jilagħbu kontra l-Awstralja. Finalment fil-5.30pm , Malta U23 jaffaċċjaw lill-Afrika t’Isfel u t-tim ta’ taħt it-18-il sena jagħlqu l-ġurnata kontra l-Messiku.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here