Wednesday, October 21, 2026
Home Sport Is-sidien ta’ Manchester City jistgħu jiġu mġiegħla jbigħu l-club

Is-sidien ta’ Manchester City jistgħu jiġu mġiegħla jbigħu l-club

0
56

Il-president tal-Independent Football Regulator, David Kogan, ikkonferma li l-entità għandha s-setgħa li ġġiegħel lis-sidien ta’ Manchester City ibigħu l-club jekk jinstabu ħatja li kisru r-regoli.

Ix-xahar li għadda, kummissjoni indipendenti akkużat lis-City  li kisru 114 minn 115-il każ relatati mar-regoli finanzjarji tal-Premier League. Il-club, li ċaħad kull aġir ħażin, appella mid-deċiżjoni fl-1 ta’ Ottubru.

L-akkużi kienu jinkludu dikjarazzjoni fittizja tad-dħul b’£900 miljun bejn l-istaġuni 2009-10 u 2017-18, kif ukoll tentattivi biex ifixklu l-investigazzjoni.

Kogan qal li għadu kmieni biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar investigazzjoni oħra, iżda saħaq li l-IFR għandu s-setgħa li jitlob lis-sid Sheikh Mansour jitlaq mill-club. Huwa enfasizza wkoll li l-entità hija indipendenti minn kull indħil politiku.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here