Joseph Tabone ta’ Għaxaq u Owen Bezzina ta’ St Peter’s Żabbar kisbu rebħiet fl-ewwel leg tas-semi-finali tal-kompetizzjoni Knock Out Individwali tal-boċċi.
Tabone għeleb lil Jurgen Zammit 21-13 nhar it-Tlieta, filwaqt li Bezzina kellu konfront ferm aktar bilanċjat, fejn ħareġ rebbieħ 21-20 kontra John Borg. Iż-żewġ logħbiet intlagħbu fil-pitch ta’ Buġibba.
Intant, illum l-Erbgħa tkompli t-Tazza tal-Anġlu, il-kompetizzjoni Knock Out 3×3, bil-kwarti tal-finali. Fis-6.30pm jintlagħbu Lija–Żejtun, Għaxaq–Żabbar, St Peter’s–Msida u Birżebbuġa–Żurrieq.




