Wednesday, October 21, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Manchester United milquta minn bosta injuries qabel il-partita kontra...

UEFA Champions League: Manchester United milquta minn bosta injuries qabel il-partita kontra Como

0
61

Manchester United għandhom inkwiet ġdid dwar il-players indisponibbli qabel il-konfront kontra Como fiċ-Champions League, hekk kif sitt players tal-ewwel team naqsu milli jitħarrġu nhar it-Tlieta. Fost dawn kien hemm Marcus Rashford, Lisandro Martínez, Kobbie Mainoo, Luke Shaw, Patrick Dorgu u ż-żagħżugħ Ayden Heaven.

Martinez ħareġ fil-mistrieħ fil-partita kontra Leeds United wara li ħass uġigħ fil-koxxa, filwaqt li Shaw u Mainoo għadhom qed jirkupraw minn injuries. Dorgu għandu problema fil-hamstring, filwaqt li Heaven kien nieqes minħabba mard. Is-sitwazzjoni ta’ Rashford għadha mhix ċara.

Il-United se jkunu mingħajr Leny Yoro minħabba sospensjoni u Benjamin Sesko minħabba injury f’qaddu. 

It-team immexxi minn Michael Carrick qed jipprova jwaqqaf sensiela negattiva ta’ sitt logħbiet mingħajr rebħa fil-kompetizzjonijiet kollha.

Madankollu, in-nuqqas ta’ taħriġ mhux bilfors ifisser li dawn il-plejers se jitilfu l-partita.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here