Thursday, December 26, 2024

“Deċiżjoni bejn min lanqas kapaċi jmexxi pajjiż u bejn min ħariġna ta’ rġiel quddiem id-dinja kollha” – id-DPM

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Waqt li indirizza Konferenza Ġenerali minn ġewwa d-Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne beda billi qal li l-futur tagħna u ta’ wliedna, il-futur ta’ Malta u Għawdex, mal-Partit Laburista huwa futur sabiħ.

“Fis-26 ta’ Marzu, meta mmorru nivvutaw se nivvutaw għal kif irridu ngħixu ħajjitna għall-ħames snin li ġejjin. Fis-26 ta’ Marzu se nivvutaw għal kif irridu Malta fil-futur. Għalhekk, fis-26 ta’ Marzu d-deċiżjoni għandha tkun ta’ kif irridu ngħixu ħajjitna fis-snin li ġejjin u x’irridu naraw għal uliedna. Imbagħad irridu niddeċiedu min hu kapaċi jiħodna għal dik il-ħolma. L-għażla hi bejn min mhux kapaċi jmexxi Partit, jew min id-dinja kollha għarfet li waqt is-sentejn iebsin tal-pandemia kellu l-aqwa tmexxija possibbli.”

Qal: “Allura d-deċiżjoni fis-26 ta’ Marzu hija bejn qas kapaċi jmexxi pajjiż u min ħariġna ta’ rġiel quddiem id-dinja kollha f’sentejn mill-aktar diffiċli li qatt ra pajjiżna.” 

“Għandna Partit kapaċi li jwassalna għal din il-viżjoni u  għandna l-pjan għax aħna għall-pajjiżna għandna ħolma – ħolma li bil-fiduċja tagħkom se nagħmluha realtà għall-ħames snin li ġejjin. Ħolma ta’ ambjent aħjar, mis-€700 miljun li se nkunu qed nonfqu fuq seba’ snin se nagħmluha realtà.”

Tkellem dwar uħud mill-proposti tal-PL fosthom li jkomplu jżiedu l-pensjonijiet. Dan apparti mill-fatt li fl-ewwel 100 jum se jagħmlu reviżjoni tal-liġi tal-IVF biex aktar nies ikunu jistgħu jsiru ġenituri ġewwa Malta stess.

“Robert Abela sabni spalla miegħu, b’lealtà assoluta lejn it-tmexxija tiegħu. Ħdimna flimkien mill-għada matul is-snin tal-pandemija. Ħadna d-deċiżjonijiet flimkien u issa qegħdin hawn flimkien. Tim Malta. Il-PL huwa Partit magħqud u jekk ikollna l-fiduċja tagħkom se jkollna gvern u pajjiż magħqud.”

Ekonomija

Sport