Thursday, December 26, 2024

Declan Rice se jkun il-prijoritá ta’ Arsenal fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf

Aqra wkoll

Wara li fallew fit-trasferiment tal-Ukren Mykhaylo Mudryk, Arsenal poġġew lill-midfielder internazzjonali Ingliż ta’ West Ham, Declan Rice, bħala l-mira ‘prijoritarja’ tas-suq trasferimenti tas-sajf li ġej.

Min-naħa tiegħu, Rice, għamilha ċara li fis-sajf irid jitlaq lill-Hammers. 

F’dawn l-aħħar xhur, dan il-player ta’ 24 sena kien qed jiġi segwit minn bosta clubs fosthom Chelsea, Manchester United, Liverpool u Manchester City, iżda West Ham qatt ma riedu jċeduh.  

Issa, il-leaders tal-klassifika tal-Premier League Ingliż, lesti li jħallsu £80 miljun biex jiksbu l-firma tiegħu. Iżda t-talba tal-Hammers hija dik ta’ £100 miljun fejn Chelsea ħabbru li se jidħlu fit-taqtiegħa għall-firma tiegħu … wara li għelbu lill-istess Gunners għall-firma ta’ Mudryk meta kollox kien qed jindika li kien se jmur jilgħab fl-Emirates Stadium. 

Ir-rekord ta’ Arsenal fis-suq tat-trasferiment kien dak ta’ £72 miljun liema somma tħallset, fl-2019, lill-club Franċiż ta’ Lille, għall-akkwist tal-winger internazzjonali tal-Ivory Coast, Nicolas Pepe.

Ekonomija

Sport