Saturday, April 20, 2024

Marcus Rashford f’taħdidiet biex iġedded il-kuntratt ma’ Manchester United

Aqra wkoll

Manchester United u Marcus Rashford jinsabu għaddejjin bid-diskussjonijiet dwar kuntratt ġdid hekk ir-Red Devils huma kunfidenti li se jorbtu lill-player għas-snin li ġejjin. 

Rashford, ta’ 25 sena, esperjenza “twelid ġdid” fil-forma tiegħu f’dan l-istaġun wara li f’dak preċedenti kien qed jikkunsidra li jħalli lill-club. Peró issa qed imexxi r-rivoluzzjoni tal-coach il-ġdid Erik ten Hag. 

L-internazzjonali Ingliż skorja 16-il goal fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi goals deċiżivi kontra Liverpool, Arsenal u Manchester City fil-Premier League.

Imsejħa r-”Regola ta’ Ronaldo”, il-club mhux se jibqa’ jħallas lill-players is-salarju ta’ £300,000 fil-ġimgħa biex jevita li jikser l-istruttura tal-pagi tal-iskwadra tagħhom. In-negozjati li għaddejjin bħalissa ma’ David De Gea għamluha ċara lill-goalkeeper li permezz ta’ dawn ir-regoli, irid jaċċetta tnaqqis fil-paga tiegħu. 

Għad mhux magħruf kemm se jkun is-salarju l-ġdid ta’ Rashford imma minħabba l-fatt li l-attakkant reġa’ wera l-importanza tiegħu għat-team  għandu idejn sodi fin-negozjati.

Sport