Sunday, November 10, 2024

“Dejjem konna wara s-settur mediku… kollox idur mal-prinċipju tal-kredibilità”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar dibattitu tal-kampanja elettorali bejn il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, Dr Abela ġie mistoqsi dwar kif se jsaħħaħ is-servizz tas-saħħa pubblika. Huwa qal li għaddejna minn sentejn ta’ pandemija u ċ-ċertifikat ta’ kif ħdimna tagħtulna l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, bid-Direttur Reġjonali Hans Kluge jgħid li Malta hi champion fil-ġlieda kontra l-pandemija. Kellna wkoll il-Kummissjoni Ewropea li wżat lil pajjiżna bħala mudell fil-mod ta’ kif mexxejna l-pjan ta’ vaċċinazzjoni.

“Dejjem konna wara s-settur mediku tagħna u appoġġjajnihom f’kull ħaġa li kienet meħtieġa. Kellna Kap tal-Oppożizzjoni li minn pandemija ħoloq ballun politiku,” qal il-Prim Ministru li semma kif fil-qasam tas-saħħa sar investiment bla preċedent b’aktar mediċini fuq il-formularju u l-ftuħ ta’ aktar bereġ madwar il-pajjiż u ddaħħlu aktar servizzi ġodda fost oħrajn. 

Qal li kollox idur mal-prinċipju tal-kredibilità. Qal li “se nkunu qed nnaqqsu l-età tal-iscreening tal-kanċer tas-sider għal 45 sena. Se nwessgħu t-testing tal-kanċer tal-prostata u pulmun. Tisħiħ kbir li nara hu fil-qasam tas-saħħa mentali. Irridu naraw li jinfetaħ sptar ġdid tal-kura akuta viċin Mater Dei stess b’120 sodda u naraw ukoll li jibda l-bini tal-outpatients ġdid, parkeġġ ukoll, u li l-iskola medika tiġi rilokata minn Mater Dei għall-Università ta’ Malta u l-ispazju li jinħoloq jintuża għall-wards ġodda għall-kura tal-pazjenti f’Mater Dei.

“Riforma li għandi għal qalbi hi dik li tolqot l-IVF. Mhux se nkun insensittiv lejn il-weġgħat li smajna f’din il-kampanja. Mhux se nkun jien li lill-koppji ngħidilhom morru barra l-pajjiż jekk tridu s-servizz tal-IVF li għandikom bżonn biex issiru ġenituri jew issieħbu mal-partit. Dik mhix soluzzjoni.

“Tim ta’ tmexxija f’dan is-settur li huwa ppruvat, tried and tested, fl-aktar mumenti diffiċli b’tim ta’ kandidati li joffru l-aħjar persuni fil-qasam mediku.”

Sport