Monday, December 9, 2024

Del Piero qed jiġi mħajjar għall-pesidenza tal-FIGC

Aqra wkoll

Skont il-media Taljana, Alessandro Del Piero, irċieva ‘diversi sejħiet’ anke minn clubs tas-Serie A li semmew id-disponibbiltà tiegħu biex jikkontesta għall-presidenza tal-FIGC.

Il-leġġendarju Taljana, Del Piero, jista’ jikkontesta għall-presidenza tal-FIGC is-sena d-dieħla, qed jingħad li l-eks attakkant irċieva telefonati minn clubs tas-Serie A f’dawn l-aħħar jiem.

Il-president attwali tal-FIGC, Gabriele Gravina, se joħroġ għall-elezzjoni mill-ġdid fl-2025, iżda Del Piero għadu ma kkonfermax – jew ċaħad – jekk hux se jkun wieħed mill-kandidati.

Il-media Taljana irrapportat li Del Piero ‘ma qalx le’ u jista’ dalwaqt jitkellem dwar il-kwistjoni fuq it-televiżjoni Taljan.

L-eks attakkant ta’ Juventus huwa, fil-fatt, parti mit-team ta’ esperti ta’ Sky Sport Italia li qed jikkummentaw fuq il-partiti taċ-Champions League din il-ġimgħa.

Il-president ta’ Empoli, Fabrizio Corsi, tenna li l-clubs tas-Serie A jridu jaq­blu dwar kandidat wieħed. Del Piero jista’ potenzjalment jgħaqqad l-ogħla naħat, kif ukoll gruppi u delegati oħra li se jivvutaw fi Frar tal-2025.

L-Assemblea tal-FIGC tikkonsisti minn clubs mis-Serie A, Serie B, Lega Pro, u Lega Nazionale Dilettanti, flimkien ma’ 52 atleta, 26 coach, u disa’ rappreżentanti tar-re­ferees.

Hemm 276 delegat, u l-president il-ġdid jiġi elett jekk jirċievi 50 fil-mija flimkien ma’ vot wieħed.

Del Piero beda l-karriera tiegħu ma’ Padova u wara sieħeb lil Juventus li magħhom lagħab 513-il logħba u skorja 208 goals. Wara mar ma’ Sydney FC fl-Awstralja fejn skorja 24 goal fi 48 logħba u għalaq ma’ Delhi Dynamos fl-Indja li f’10 logħbiet skorja goal.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport