Delegazzjoni Maltija tipparteċipa f’Konferenza Interparlamentari dwar l-Agrikoltura f’Dublin

Aqra wkoll

Ramona Attard u Toni Bezzina pparteċipaw fil-Konferenza Interparlamentari dwar l-Agrikoltura, li saret fis-26 u s-27 ta’ Lulju 2026 f’Dublin, l-Irlanda. Il-konferenza, organizzata fil-qafas tad-dimensjoni parlamentari tal-Presidenza Irlandiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, laqqgħet flimkien Membri tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew biex jiddiskutu l-futur tal-biedja fl-Ewropa.

Il-konferenza kienet iffukata fuq; “Niżguraw il-futur tal-biedja: mill-politika għall-prattika. Tiġdid ġenerazzjonali, in-nisa fl-agrikoltura u s-sigurtà tal-ikel.” Id-diskussjonijiet iffukaw fuq politiki biex jappoġġjaw lill-bdiewa żgħażagħ, iħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-agrikoltura, jippromwovu t-tiġdid ġenerazzjonali, u jsaħħu s-sigurtà tal-ikel fl-Ewropa quddiem sfidi ekonomiċi, demografiċi u klimatiċi.

Matul is-sessjoni tal- “Esperjenza diretta: kif it-tiġdid ġenerazzjonali u l-involviment tan-nisa fl-agrikoltura huma vitali għas-sigurtà tal-ikel fl-UE,” Attard u Bezzina tkellmu f’isem id-delegazzjoni Maltija u ffukaw l-interventi tagħhom fuq is-sigurtà tal-ikel mill-perspettiva ta’ Stat Membru gżira żgħira.

Attard saħqet li għal Malta, is-sigurtà tal-ikel hija kwistjoni ta’ reżiljenza ta’ kuljum aktar milli kunċett politiku astratt. Hija enfasizzat li s-settur agrikolu ta’ Malta huwa magħmul l-aktar minn irziezet żgħar u mmexxija mill-familja, li spiss joperaw fuq biċċiet art frammentati. 

Hija nnotat li l-bdiewa Maltin jiffaċċjaw disponibbiltà limitata tal-art, spejjeż għoljin tal-produzzjoni, skarsezza tal-ilma u kompetizzjoni qawwija mill-importazzjoni. Dawn l-isfidi, qalet, qed isiru aktar urġenti minħabba t-tibdil fil-klima, inklużi temperaturi ogħla, perjodi niexfa itwal u pressjoni dejjem tikber fuq ir-riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art.

Bezzina ffoka fuq is-sigurtà tal-ikel bħala każ speċifiku għal Malta. Huwa ddikjara li, għal Stat Membru gżira żgħira, is-sigurtà tal-ikel mhix biss dwar il-livelli ta’ produzzjoni fil-livell Ewropew, iżda wkoll dwar il-vulnerabbiltà. 

Huwa nnota li l-art agrikola limitata ta’ Malta, l-iskarsezza tal-ilma, l-ispejjeż għoljin tal-inputs u d-dipendenza qawwija fuq l-importazzjonijiet jagħmlu l-pajjiż aktar espost għal xokkijiet esterni, inkluż tfixkil fil-katina tal-provvista, it-tibdil fil-klima, l-ispejjeż tat-trasport u l-instabbiltà tas-suq.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport