L-ERA tagħmel monitoraġġ tal-kwalitá tal-arja permezz ta’ network ta’ stazzjonijiet li jipprovdu riżultati b’mod instantanju. Dawn l-stazzjonijiet ta’ monitoraġġ jinsabu l-Imsida, San Pawl il-Baħar, Ħ’Attard, iż-Żejtun u l-Għarb, Għawdex.
Iddikajrat dan il-Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli fil-Parlamentt meta kienet qed twieġeb mistoqsija Parlamentari li saritilha mid-Deputat Nazzjonalista Julian Borg. Il-Ministru Dalli spjegat li dawn l-stazzjonijiet ta’ monitoraġġ jinsabu l-Imsida, San Pawl il-Baħar, Ħ’Attard, iż-Żejtun u l-Għarb, Għawdex.
Irrimarkat li l-mod kif ġew determinati s-siti, s-sustanzi ta’ tniġġiż koperti u l-metodoloġija tal-monitoraġġ huma kollha skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea, d-Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa.
Il-Ministru Dalli spjegat kif apparti n-network instantanju, hemm ukoll dak passiv li jikkumplimentah. Il-monitoraġġ isir permezz ta’ ‘diffusion tubes’, u jkopri tliet sustanzi ta’ tniġġiż li huma sulphur dioxide, volatile organic compounds (benzene) u nitrogen dioxide.
Tenniet li r-riżultati huma disponibbli fuq medja ta’ xahar. Id-data ġenerata mill-stazzjonijiet ta’ monitoraġġ hija wkoll disponibbli fuq il-website tal-ERA.
