Thursday, December 19, 2024

Delia jagħti x’jifhem li mhux se jitfa’ ismu u jinnota li s’issa Grech se jtellaq waħdu

Aqra wkoll

Il-Ħadd li għadda l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fetaħ il-proċess biex jintgħażel il-Kap il-ġdid tal-partit. Dwar dan qasam il-ħsieb tiegħu l-Membru Parlamentari u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li awgura lil min lest li jitfa’ n-nomina biex jagħmel dan fi spirtu altruwist u għax konvint li lest li jagħti kollox mingħajr ma jistenna xejn lura.

Delia nnota li dan il-proċess se jkun qiegħed jiskatta għar-raba’ darba f’ħames snin u li dan se jkun qiegħed isir taħt ċirkostanzi diffiċli. Huwa nnota wkoll li s’issa għad hemm persuna waħda biss li diġà ddikjara li lest għal din il-missjoni li se tiddetermina mhux biss id-destin ta’ partit glorjuż, iżda wkoll “il-politika ta’ pajjiżna u d-destin ta’ wliedna”.

Fir-reazzjoni tiegħu Delia ta’ x’jifhem li hu mhuwiex interessat li jitfa’ ismu u dan hekk kif wiegħed li se jkun leali u se jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Kap il-ġdid, ikun min ikun.

Ekonomija

Sport