Saturday, May 4, 2024

Delia jagħżel li ma jkollux rwol fix-Shadow Cabinet mħabbar minn Bernard Grech

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista ntqal li dawn l-aħħar mitt jum tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kienu kkaratteriżati minn tiġdid fil-Partit Nazzjonalista.

Intqal li l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista hu fundamentali għal dan it-tiġdid, u li tul dawn il-mitt jum iltaqà medja ta’ aktar minn darba kull ġimagħtejn. Għal dan il-għan, wara laqgħat li kellu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech mal-membri tal-Grupp Parlamentari bl-iskop li jsaħħaħ il-ħidma tal-Grupp fix-xhur li ġejjin, it-tiġdid qiegħed jitkompla sabiex il-Partit Nazzjonalista iwettaq il-viżjoni tiegħu – dik li joffri Paġna Ġdida għal Pajjiżna.

Lista tar-responsabbiltajiet tal-membri tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista:

Kap tal-Oppożizzjoni

L-Onor. Bernard Grech

Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament u Kelliem għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja

L-Onor. David Agius

Responsabbli mill-Pensjonijiet, Politika dwar it-Tfal, Inklużjoni u Kwalità ta’ Ħajja Aħjar u Social well-being

Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit u Kelliem għat-Turiżmu

L-Onor. Robert Arrigo

Responsabbli mis-settur tat-Turiżmu

Whip u Kelliem għall-Ambjent u Tibdil fil-Klima

L-Onor. Robert Cutajar

Responsabbli mill-Politika Ambjentali u għar-Riżorsi, Politika dwar Tibdil fil-Klima, Strateġija għall-Immaniġġjar tal-Iskart, Proġetti Ambjentali, Żoni Marini Protetti, Natura 2000, Tisbiħ Urban

Segretarju tal-Grupp Parlamentari u Kelliem għall-Ġustizzja

L-Onor. Karol Aquilina

Responsabbli mis-settur tal-Ġustizzja u mir-Riforma Elettorali

Deputat Whip u Kelliem għall-Fondi Ewropej u l-Għaqdiet Volontarji

L-Onor. Kevin Cutajar

Responsabbli mill-Fondi u Programmi Ewropej, State Aid u mis-settur tal-Għaqdiet Volontarji u Non Governattivi

Deputat Whip u Kelliem għall-Gvern Lokali, Wirt Nazzjonali u ż-Żgħażagħ

L-Onor. Karl Gouder

Responsabbli mill-Gvernijiet Lokali, l-Indafa Pubblika, l-Wirt Nazzjonali, Kultura u l-Arti u ż-Żgħażagħ

Deputat Speaker u Kelliem għall-Politika Soċjali u l-Familja

L-Onor. Claudette Buttigieg

Responsabbli mill-Politika Soċjali, Politika dwar il-Familja, Sigurtà Soċjali u Servizzi ta’ Solidarjetà, Protezzjoni tal-Konsumatur u Membru tal-Covid Action Team

Kelliem għax-Xogħol, Taħriġ, Kompetittività u Intrapriża

L-Onor. Jason Azzopardi

Responsabbli mis-settur tax-Xogħol u t-Taħriġ, Malta Enterprise, Kompetittività u Relazzjonijiet Industrijali

Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u l-Ġlieda kontra l-Faqar

L-Onor. Ivan Bartolo

Responsabbli mis-settur tal-Akkomodazzjoni Soċjali, Politika għalAkkomodazzjoni Affordabbli u l-Ġlieda kontra l-Faqar

Kelliem għat-Trasport u l-Infrastruttura

L-Onor. Anthony Bezzina

Responsabbli mis-Settur tat-Trasport u l-Infrastruttura, Portijiet, Avjazzjoni u Affarijiet Marittimi

Kelliem għall-Politika dwar l-Ilma u l-Enerġija u l-vilupp Sostenibbli

L-Onor. Ryan Callus

Responsabbli mill-Immaniġġjar tal-Ilma, Politika dwar l-Enerġija, Enerġija Alternattiva, Ħarsien u mmaniġġjar tal-Parks u Widien u l-vilupp Sostenibbli.

Kelliem għad-Drittijiet Umani u l-Governanza Tajba

L-Onor. Therese Comodini Cachia

Responsabbli mid-Drittijiet Umani, Governanza Tajba u r-Rule of Law

Kelliem għall-Finanzi

L-Onor. Mario De Marco

Responsabbli mill-Finanzi u l-Airmalta

Kelliema għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Industrija

L-Onor. Kristy Debono

Responsabbli mis-Settur Ekonomiku, Servizzi Finanzjarji, Gaming, Artijiet, Ħolqien ta’Setturi Ekonomiċi Ġodda u s-Settur Industrijali.

Kelliema għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità

L-Onor. Maria Deguara

Responsabbli mis-Settur tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u membru tal-Covid Action Team

Kelliem għar-Riforma Kostituzzjonali, d-Djalogu Soċjali u x-Xandir Nazzjonali

L-Onor. Joseph Ellis

Responsabbli mid-Diskussjonijiet dwar ir-Riforma Kostituzzjonali, d-Djalogu Soċjali, x-Xandir Nazzjonali u l-Amministrazzjoni Pubblika

Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u ċ-Ċittadinanza

L-Onor. Beppe Fenech Adami

Responsabbli mill-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali, l-Immigrazzjoni u ċ-Ċittadinanza

Kelliem għas-Saħħa Mentali u d-Drittijiet tal-Annimali

L-Onor. Mario Galea

Responsabbli mis-settur tas-Saħħa Mentali, Dimensja, ġlieda kontra d-Dijabete u d-Drittijiet tal-Annimali

Kelliem għat-Tiġdid Politiku, Riċerka u Innovazzjoni

L-Onor. Claudio Grech

Responsabbli mit-Trasformazzjoni u l-Innovazzjoni tal-Politika tal-Partit Nazzjonalista, tfassil tal-viżjoni Soċjo-ekonomika, l-implimentazzjoni tal-Policy Clusters, tfassil tal-Programm Elettorali, Riċerka, Innovazzjoni, Xjenza u Teknoloġiji u l-pjan tal-irkupru wara l-Covid-19. Membru tal-Covid Action Team.

Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

L-Onor. Karm Mifsud Bonnici

Responsabbli mir-Relazzjonijiet ta’ Malta ma’ Pajjiżi Barranin

Kelliem għall-Edukazzjoni u l-Isport

L-Onor. Clyde Puli

Responsabbli mis-settur tal-Edukazzjoni, l-Isport, ġlieda kontra l-Obeżità u membru fil-Covid Action Team

Kelliem għal Għawdex

L-Onor. Chris Said

Responsabbli għal Għawdex

Kelliem għall-Ippjanar u l-Industrija tal-Kostruzzjoni

L-Onor. Hermann Schiavone

Responsabbli mill-Ippjanar tal-vilupp, is-Suq tal-Propjetà, l-Industrija tal-Kostruzzjoni, u l-Port Ħieles

Kelliem għas-Saħħa u r-rispons għall-Pandemija

L-Onor. Stephen Spiteri

Responsabbli mis-Settur tas-Saħħa u membru fil-Covid Action Team

Kelliem għall-Ekonomija l-Ħadra u l-Proġetti Kapitali

L-Onor. David Thake

Responsabbli mill-Ekonomija l-Ħadra u l-Proġetti Kapitali.

Kelliem għall-Agrikoltura, Sajd u n-Negozji ż-Żgħar

L-Onor. Edwin Vassallo

Responsabbli mis-settur tal-Biedja u s-Sajd, Ħarsien tad-Delizzji tradizzjonali inkluż Kaċċa u Nsib, is-settur tal-Koperattivi u s-settur tan-Negozji ż-Żgħar

Id-Deputat Adrian Delia għażel li ma jkollux shadow portfolio.

Sport