Tuesday, April 23, 2024

Aktar minn 14,000 mlaqqmin … 187 każ ġdid … Ifiqu 189

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-dożi ta’ vaċċini li ġew amministrati sal-bieraħ qabeż it-14,276. Dan skont l-istatistika ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa li ta’ kuljum tagħti stampa tal-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna.

L-istatistika turi wkoll li minn 3,879 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 187 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 189 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi naqas għal 2,831 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li matul dawn l-aħħar 24 siegħa mietu  żewġ anzjani oħra waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. 

L-anzjani huma mara ta’ 79 sena u anzjan ta’ 91 sena. Huma kienu qed jirċievu kura fl-Isptar Mater Dei.

Sport