Il-plejer ta’ Juventus Denis Zakaria għadu qed jara x’se jkun il-futur tiegħu fix-xhur li ġejjin. L-istess Bianconeri ħabbru li Zakaria mhux qiegħed fil-pjani tagħhom u għalhekk ikun aħjar jekk ifittex destinazzjoni oħra.
Sadanittant ir-rappreżentant tal-plejer qed ifittixlu tim ma’ min jista’ jilgħab u fl-aħħar sigħat tfaċċaw West Ham United mill-Ingilterra u RB Leipzig mill-Ġermanja.
Zakaria wasal f’Jannar 2022 f’Turin iżda wara bidu tajjeb ħafna, fix-xhur ta’ wara naqas milli jħalli l-impatt meħtieġ.