Sunday, December 22, 2024

Determinat li fl-aħħar xhur ta’ ħajtu jgħin tifel ieħor marid bil-kanċer

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żagħżugħ minn South Wales li ngħata biss xhur ta’ ħajja għażel li jużahom biex jiġbor flus għal tifel ieħor mill-istess raħal li wkoll qiegħed jiġġieled il-marda tal-kanċer.

Rhys Langford ta’ 19-il sena għandu kanċer fl-għadam, iżda meta ngħata l-aħbar li din kienet marda terminali, ma qgħadx jibki xortih u minflok għażel li jgħin lil Jacob Jones li għad għandu biss sitt snin.

Jacob għadu kemm iċċelebra sena minn meta ħeles mill-ewwel kanċer li kellu iżda fl-aħħar jiem irriżulta li kienu tfaċċawlu kumplikazzjonijiet ġodda.

Għalkemm qatt ma ltaqa’ miegħu, Rhys beda fond ta’ għajnuna billi ta l-ewwel £1,000 mill-flus li kien irnexxielu jfaddal biex Jacob ikun jista’ jipprova trattament li jingħata fl-Amerika.

“Naf li għalija m’hemmx tama, iżda waħda mill-aħħar xewqat tiegħi hija li nara lil Jacob jiġġieled din il-marda qerrieda”, tenna ż-żagħżugħ.

Ekonomija

Sport