Il-coach tat-team nazzjonali, Devis Mangia, sejjaħ 30 player qabel id-double header kontra l-Kroazja u s-Slovakkja ġewwa darna. It-team nazzjonali jiltaqa’ għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ nhar it-Tnejn li ġej 1 ta’ Novembru u huwa skedat li jilgħab kontra l-Kroazja nhar il-Ħamis 11 ta’ Novembru u kontra s-Slovakkja fl-14 ta’ Novembru bħala parti mill-impenji tiegħu fi Grupp H tal-Kwalifiki Ewropej – Tazza tad-Dinja 2021.
Il-Coach Devis Mangia għamel numru ta’ bidliet fl-iskwadra ta’ 30 plejer li għażel qabel il-logħob kontra s-Slovenja u Ċipru fil-bidu ta’ Ottubru f’Ottubru 2021. Mangia laqa’ lura liż-żewġ players ta’ Hibernians, Andrei Agius u Bjorn Kristensen, li tħallew barra fit-tieqa internazzjonali preċedenti. Il-lista tinkludi lill-goalkeeper ta’ San Gwann Cain Formosa, id-difensur ta’ Valletta Jean Borg, u d-duo ta’ Hamrun Spartans Juan Carlos Corbolan u Matthew Guilaumier li rritorna minn injury fit-tul.
Wara li lagħbet tmien partiti fi Grupp H, Malta kisbet ħames punti, draw kontra s-Slovakkja, rebħa fuq Ċipru ġewwa darna u draw kontra l-istess team f’Larnaca f’Ottubru. Malta tilfet iż-żewġ logħbiet kontra r-Russja, u l-logħob kontra s-Slovenja u l-Kroazja.
L-iskwadra hija:
Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun Spartans FC); Cain Formosa (San Gwann FC); Jake Galea (Balzan FC); Matthew Grech (Pembroke Athleta FC)
Difensuri: Andrei Agius (Hibernians); Jean Borg (Valletta FC); James Brown (St. Johnstone FC – SCO), Triston Caruana (Valletta FC); Karl Micallef (Hamrun Spartans FC); Zach Muscat (Casa Pia – POR); Enrico Pepe (BirkirkaraFC); Kurt Shaw (Sliema Wanderers FC)
Midfielders: Cain Attard (Birkirkara FC); Ryan Camenzuli (Floriana FC); Juan Carlos Corbolan (Hamrun Spartans FC); Matthew Guillaumier (Hamrun Spartans FC); Bjorn Kristensen (Hibernians FC); Adam Magri Overend (Floriana FC); Joseph Essien Mbong (Hamrun Spartans FC); Steven Pisani (Gżira United FC); Nevin Portelli (Gżira United FC); Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise- Belġju); Dunstan Vella (Hibernians FC)
Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians FC); Shaun Dimech (Valletta FC); Luke Gambin (Hamrun Spartans FC); Jake Grech (Hibernians FC); Paul Mbong (Birkirkara FC); Luke Montebello (Birkirkara FC); Alexander Satariano (Frosinone Calcio-Italja)