Wednesday, April 24, 2024

“Grazzi ta’ kemm iġġilidt għal ħajtek biex tibqa’ magħna” – bint Simon Schembri f’għeluq sninu

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Grazzi kbira ta’ kemm iġġilidt għal ħajtek biex tibqa’ magħna u grazzi talli tibqa’ tiġġieled kuljum biex tkun aħjar mill-bieraħ.”

Hekk qalet bint is-Surġent Simon Schembri hekk kif illum huwa qed jiċċelebra għeluq sninu.

Fl-2018 Is-Surġent Schembri kien involut f’inċident kważi fatali waqt il-qadi ta’ dmirijietu li ħallih b’danni fiżiċi serji u b’diżabilità permanenti.  Schembri tilef idejh tal-lemin f’dan l-inċident wara li kien ipprova jwaqqaf lil Liam Debono ta’ 17-il sena li allegatament kien qed isuq Mercedes mingħajr liċenzja u seat belt.

Għal ħafna, Schembri huwa tassew bniedem ta’ ispirazzjoni kbira.

F’intervista preċedenti, Schembri qal li għandu motivazzjoni kbira għax iħares lejn il-ħajja fil-pożittiv għax fi kliemu l-ħajja hija sabiħa wisq. 

Fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu, bintu Leah Schembri awguratlu ġurnata sabiħa kif tassew jixraqlu. “Ma nixba qatt ngħidlek grazzi ta’ dak kollu li tagħmel miegħi u ta’ kemm tiehu ħsiebi. Int l-ispirazzjoni tiegħi u l-imħabba tiegħi li ma tista’ titlaq qatt! Inħobbok għal dejjem.”

Sport