Saturday, December 21, 2024

Dgħajsa ta’ uffiċjal korrettiv maħruqa f’Ħal Kirkop

Aqra wkoll

Nhar it-Tlieta li għadda għall-ħabta tal-11.30 p.m. il-Pulizija ġiet informata li kienet qed tinħaraq dgħajsa f’Ħal Kirkop.

Insewmalta hija informata li mhux eskluż li l-ħruq tad-dgħajsa kien att vandalu peress li l-batterija tal-istess dgħajsa kienet skonnetjata u għaldaqstant ma kienx possibbli li kien hemm problema elettronika.

Sid id-dgħajsa huwa uffiċjal korrettiv li ilu jaħdem fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għal madwar ħames snin. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ u nfetħet inkjesta Maġisterjali fejn ġew appuntati diversi esperti sabiex jgħinu fl-investigazzjoni.

Ekonomija

Sport