Monday, November 4, 2024

Didi Hamann jikkritika lil Thomas Tuchel

Aqra wkoll

L-eks midfielder Ġermaniż ta’ Liverpool, Diet­mar Hamann, sostna li Thomas Tuchel kien ta’ “għajb” talli tkellem dwar bidla għal Spanja sigħat biss wara li Xavi Hernandez ħabbar li kien se jitlaq minn Barcelona fl-aħħar tal-istaġun.

Il-leġġendarju Spanjol ikkonferma li se jitlaq mill-kariga tiegħu fi tmiem l-istaġun, jiġi­fie­ri dawk fin-Nou Camp qed ifittxu coach ġdid. Minkejja l-ġlidiet tal-club f’dawn l-aħħar snin, il-post ‘jaħraq’ ta’ Barcelona jibqa’ rwol ferm attraenti b’Tuchel jenfasizza x-xewqa tiegħu li jerġa’ jaħdem barra l-Ġermanja.

Tuchel bħalissa huwa responsabbli f’Ba­yern Munich, riesaq lejn sena fir-rwol, iżda qabel kien responsabbli minn PSG u Chelsea. Il-Ġermaniż qatt ma ddejjaq jitkellem u tkellem ħafna dwar l-esperjenza tiegħu ta’ ħidma ma’ players Spanjoli.

Tuchel ġie msemmi bħala wieħed mill-favoriti biex jieħu post Xavi wara li nstema’ jfaħħar lil La Liga u lill-players tagħha f’attivi­tà wara t-tħabbira tal-ex captain ta’ Barcelona.

Madankollu, Bayern issa ċaħdu xnigħat bħal dawn, u sostnew li l-kliem ta’ Tuchel ġie interpretat ħażin u li kien sempliċement qed jiddiskuti l-esperjenzi preċedenti li kellu barra l-pajjiż ma’ Paris SG u Chelsea.

Sport