Monday, May 13, 2024

Premier League Ingliż: Arsenal jitilgħu fit-tieni post

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Arsenal telgħu fit-tieni pożizzjoni meta marru għand Nottingham Forest u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. 

Wara taqsima mingħajr goals, il-Gunners skorjaw darbtejn minn Gabriel Jesus (65) u Bukayo Saka (72). 

Huma komplew jiddomi­naw dan il-konfront u resqu diversi drabi li jżidu l-iskor. 

Madankollu kien Taiwo Awoniyi (89) li naqqas il-marġni tal-iskor għall-Forest. 

Fulham v Everton – Fulham u Everton ħadu punt kull wieħed meta spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals liema riżultat iħalli lil Everton fil-periklu.

Luton v Brighton – Luton ħasdu għal kollox lil Brigh­ton meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-0 … bil-protagonista jkun Elijah Adebayo (1, 42, 56) li skojra hat-trick bil-goal l-ieħor jasal minn Chiedozie Ogbene (3).

C. Palace v Sheffield U. – F’partita eċċitanti li baqgħet inċerta sal-aħħar, Crystal Pa­lace għelbu lil Sheffield Uni­ted bl-iskor ta’ 3-2. 

Il-goals tal-Palace waslu minn Eberechi Eze (17, 27) u Michael Olise (67) filwaqt li Ben Brereton (1) u James Mcatee (20) dejjem poġġew lill-Blades fil-vantaġġ parzjalment.

Aston Villa v Newcastle – Barra minn darhom, Newcastle kisbu rebħa tajba meta għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 3-1 li ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu. 

Il-goals tal-Magpies waslu minn Fabian Schar (32, 36)  u Alex Moreno (52 og) filwaqt li Ollie Watkins (71) wieġeb għall-Villans. 

Sport