Wednesday, July 24, 2024

Anzjana ssofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Mara sofriet ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-5:30 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Santwarju f’Ħaż-Żabbar

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 78 sena residenti Ħaż-Żabbar stess kienet intlaqtet minn minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 39 sena residenti Ħaż-Żabbar ukoll.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar b’ambulanza li ssejħet fuq il-post.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport