Friday, November 6, 2026
Home Sport Didier Deschamps mhux interessat fil-kariga ta’ coach ta’ Manchester United

Didier Deschamps mhux interessat fil-kariga ta’ coach ta’ Manchester United

0
53

Didier Deschamps irrifjuta l-possibbiltà li jsir il-coach il-ġdid ta’ Manchester United, minkejja li l-club Ingliż ikkuntattjah biex jesplora l-interess tiegħu fil-kariga.

Il-United avviċinaw lill-eks coach tat-team nazzjonali Franċiż hekk kif qed jikkunsidraw diversi kandidati biex jieħdu post Michael Carrick, li l-futur tiegħu f’Old Trafford jinsab taħt pressjoni wara sensiela ta’ riżultati diżappuntanti.

Madankollu, Deschamps mhux ma qabilx mal-idea li jmexxi lil Manchester United minħabba l-instabbiltà attwali fil-klabb, il-kritika mill-partitarji u l-problemi relatati mal-politika tat-trasferimenti.

Il-coach ta’ 58 sena temm l-esperjenza tiegħu mat-team nazzjonali Franċiż wara t-Tazza tad-Dinja tal-2026, u b’hekk għalaq perjodu ta’ suċċess ta’ 14-il sena, li matulu wassal lil Franza għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here