Liverpool qed iżidu l-interess tagħhom fid-difensur Ingliż Archie Brown ta’ Fenerbahce, hekk kif qed jippjanaw li jsaħħu l-pożizzjoni ta’ difensur xellugi fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Il-player ta’ 24 sena impressjona kontra Liverpool fiċ-Champions League, meta għen lil Fenerbahce jirbħu 3-2 f’Istanbul. Huwa skorja l-gowl tad-draw ta’ 2-2 qabel ipprovda l-assist għall-goal tar-rebħa ta’ Vedat Muriqi.
Liverpool ilhom isegwu l-progress tiegħu u issa jistgħu jintensifikaw l-isforzi biex jakkwistawh. Madankollu, se jkollhom kompetizzjoni minn Manchester United, Chelsea, Newcastle, Everton u Brighton.
Brown ingħaqad ma’ Fenerbahce mingħand Gent fl-2025 u huwa miftuħ għal ritorn fil-football Ingliż.




