Meta kien qed jitkellem wara t-telfa sorpriża li t-team nazzjonali Franċiż ġarrab kontra d-Danimarka, il-coach Didier Deschamps qal li jittama li l-attakkant veteran Karim Benzema jirbaħ il-ballun tad-deheb fl-aħħar ta’ din is-sena.
“Kienet sena 2022 mill-aqwa għal Karim u ma nara l-ebda player ieħor li jista’ joħodlu dan l-unur.”
Hu sostna li Benzema kien determinanti sabiex Franza rebħu l-edizzjoni li għaddiet tal-UEFA Nations League filwaqt li hu element importanti għat-tazza tad-dinja li ġejja.