Saturday, July 18, 2026
Home Sport Marco Asensio bi ftehim verbali ma’ Barcelona

Marco Asensio bi ftehim verbali ma’ Barcelona

0
646

Ħafna partitarji ta’ Real Madrid diġa’ bdew jakkużaw lill-winger Marco Asensio li hu traditur hekk kif skont diversi mezzi tax-xandir Spanjoli, dan il-player se jsieħeb lil Barcellona fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Asensio jagħlaqlu l-kuntratt fit-30 ta’ Ġunju li ġej u mhux beħsiebu jġeddu. Sadanittant il-plejer ta’ 26 sena qed jiġi offrut kuntratt sustanzjuż f’Camp Nou li diffiċli jgħidlu le.

Minkejja kollox, minħabba r-rivalita’ li hemm bejn il-Madrileni u l-Katalani, il-kumplament tax-xhur li fadallu f’Estadio Santiago Bernabeu għal Asensio xejn m’huma se jkunu daqshekk sbieħ.