Tuesday, May 21, 2024

Roma jibdew it-tiġdid ta’ xi players

Aqra wkoll

Id-direttur ġenerali ta’ AS Roma Tiago Pinto qed jaħdem sabiex iġedded il-kuntratt ta’ xi plejers Giallorossi aktar u aktar wara l-wirjiet li qed jagħtu dan l-aħħar.

Fuq parir tal-coach Jose Mourinho, Pinto se jkun qed jilħaq ftehim ma’ Bryan Cristante u Cristian Volpato li tant qed ikollhom bidu ta’ staġun mill-aqwa. Ferm viċin ukoll it-tiġdid għal Nicolo Zaniolo li sar simbolu tat-team hekk kif ilu magħhom għal diversi snin.

Roma kellhom it-tlugħ u l-inżul tagħhom s’issa u jinsabu fis-sitt post tal-klassifika bi 13-il punt minn seba’ partiti.

Sport