Tuesday, April 30, 2024

Tħassib hekk kif Nord Stream 2 qed tnixxi l-gass fil-Baħar Baltiku

Aqra wkoll

Nord Stream 2 – il-pipeline tal-gass kontroversjali Russa – qiegħda tnixxi l-gass fil-Baħar Baltiku u dan qiegħed joħloq periklu għall-vapuri. 

Fid-dawl ta’ dan, l-awtoritjaiet tad-Danimarka ipprobixxew it-tbaħħir minn żona ta’ disa’ kilometri madwar din il-pajp li jgħaddi qrib ħafna l-gżira Bornholm. 

L-awtoritajiet indunaw li kien hemm nixxija minn din il-pajp wara li s-sistemi bdew jimmarkaw tnaqqis drastiku fil-pressa. Min-naħa tiegħu l-Ministru tal-Enerġija Daniż qal li dan mhux ta’ riskju għas-sigurtà hekk kif iż-żona inkwistjoni tinsab taħt kontroll filwaqt li tenna li dan mhux se jkollu effett fuq il-provvista ta’ gass ta’ jirċievi pajjiżu. 

Nord Stream 2 hija mħaddma mill-kumpanija ġganteska Russa Gazprom u kienet ġiet mibnija biex twassal il-gass mir-Russja għall-Ġermanja u pajjiżi oħrajn Ewropej. 

Sport