Sunday, May 5, 2024

Diego Simeone jittama li Joao Felix jibqa’ ma’ Atletico Madrid

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Atletico Madrid Diego Simeone qal li qed ‘jittama’ li Joao Felix ‘jibqa’ fil-klabb’ fost l-ispekulazzjonijiet li għaddejjin dwar il-futur tal-attakkant.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena sabha diffiċli biex juri l-aqwa forma tiegħu għall-Madrileni matul l-istaġun 2022-23, fejn irnexxielu jirreġistra biss tliet gowls u tliet assists fi 17-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Felix għad fadallu erba’ snin oħra fil-kuntratt tiegħu fil-Wanda Metropolitano, iżda kien hemm ħafna taħditiet dwar il-futur tiegħu matul l-aħħar xhur.

Sport