Wednesday, April 24, 2024

Diversi uffiċjali b’ħidma biex inaddfu l-ħerba ta’ wara l-maltemp

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara x-xita qawwija li niżlet fl-aħħar sigħat, bħalissa għaddejja ħidma kkordinata mid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni Ramon Deguara flimkien ma’ diversi sezzjonijiet fi ħdan id-Diviżjoni, biex il-lokalitajiet milquta jiġu lura għan-normal.

Dawn il-ħaddiema jinsabu f’diversi lokalitajiet fejn qiegħda tinġabar ħamrija, anke f’ammonti konsiderevoli, li nxterdu fit-toroq wara ħalbiet tax-xita bil-qliel li ħakmu l-gżejjer fl-aħħar sigħat.

Intant fl-aħħar sigħat ħaddiema oħrajn fosthom uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jissejħu f’sitwazzjonijiet oħra ta’ periklu. Fost dawn kien hemm każ f’Burmarrad fejn ħajt ta’ madwar sitt filati spiċċa għal nofs it-triq.

Sport