Wednesday, April 24, 2024

“Diffiċli li l-Karta ta’ Identità ġdida tkun iffalsifikata”

Aqra wkoll

Jgħid dan is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat

Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat, waqt il-ħin tal-interpellanzi fil-Parlament iddikjara li minħabba elementi ta’ sigurtà li fiha l-Karta tal-Identità, hu diffiċli li din tkun fabbrikata.

Hu sostna li “din se tkun Karta tal-Identità ġdida u se tagħmel użu mill-aħħar teknoloġija. Din hi Karta tal-Identità li ssir f’Malta. Illum is-serq tal-identità qed jerfa’ rasu. Rajna li nkunu pro attivi u rajna li ma nħallux lil min jisraq l-identità ta’ ħaddieħor għal skop ħażin. Għal kuntrarju ta’ dak li sar fis-sena 2014, minħabba esiġenzi differenti, min mhux se tiskadielu m’għandux għalfejn imur jibdew il-Karta tal-Identità. Fiha ċippa inviżibbli li hi inkorporata fl-istess tal-Karta tal-Identità.  Hemm elementi oħra ta’ sigurtà li jagħmlu diffiċli li din il-Karta tal-Identità tkun fabbrikata.”

Sport