Fl-aħħar dibattitu tal-kampanja elettorali, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech wieġeb li l-Prim Ministru l-ħin kollu jbeżża’ mill-babaw u li dik hi l-politika ta’ Robert Abela. Huwa staqsieh ukoll għalfejn jibża’ jaffaċċja lill-ġurnalisti.
Tkellem ukoll dwar l-importanza li noħorġu mill-greylisting mill-aktar fis. Qal li hemm bżonn li dan il-pajjiż jerġa’ jieħu l-kredibilità tiegħu biex min irid jiġi jinvesti f’pajjiżna għandu s-serħan tal-moħħ li għandu l-istituzzjonijiet qegħdin jaħdmu u li dan huwa pajjiż sigur.