Wednesday, July 24, 2024

“Din hija l-bidu tal-curve u n-numru ta’ każijiet qed ikomplu jiżdiedu” – Il-Professur Charmaine Gauci

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-aħħar ħin, il-Professur Charmaine Gauci kkonfermat il-mewt tat-tieni vittma tal-coronavirus. L-anzjan miet il-lejl li għadda wara li kien qiegħed ibati minn xi kundizzjonijiet oħra. Huwa tħabbar nhar it-Tlieta fost dawk li rriżultaw pożittivi. 

Gauci qalet li jidher li dawn il-każijiet huma kollha ta’ trasmissjoni lokali:

Maltija ta’ 41 sena li bdiet bis-sintomi fis-6 ta’ April. Qed isir contact tracing tal-familja peress li ma kinitx qed tattendi għax-xogħol.
Raġel ta’ 40 sena li kien kuntatt ta’ persuna konfermata aktar qabel.
Tfajla ta’ 17-il sena bdiet bis-sintomi fl-1 ta’ April.
Mara Maltija ta’ 27 sena li fit -3 ta’ April bdiet bis-sintomi. Gauci ddeskriviet dan il-każ bħala sitwazzjoni tajba ħafna ta’ telework li evitat kuntatt ma’ persuni oħra.
Barrani ta’ 28 sena li jgħix fil-komunità. Il-każ għad irid jiġi investigat.
Maltija ta’ 29 sena li taħdem fi produzzjoni ta’ Healtcare.
Maltija ta’ 20 sena li hija kuntatt ta’ każ ieħor li kien konfermat qabel.
Mara ta’ 68 sena li taħdem f’kumpanija privata fejn kien hemm każ ieħor aktar qabel.
Mara Maltija ta’ 45 sena li bdiet bis-sintomi fis-7 ta’ April u l-aħħar li ħadmet kienet fis-16 ta’ Marzu u għalhekk qed isir contact tracing tal-familja tagħha.
Raġel ta’ 39 sena li beda bis-sintomi fil-5 ta’ Aril u kien ħadem l-aħħar fit-3 ta’ April. Qed isir contact tracing tal-familja wkoll.
Maltija ta’ 35 sena li bdiet bis-sintomi fis-6 ta’ April. Hija kellha persuna oħra sintomatiku u se jsirulu t-testijiet neċessarji.
Malti ta’ 31 sena li beda bis-sintomi fis-6 ta’ April li jaħdem f’faċilità tal-ikel. Il-post huwa Piscopo Cash and Carry u importanti min seta’ kellu kuntatt miegħu minħabba li kien qiegħed jaħdem mis-6 ta’ April. Importanti jekk xi ħadd mar jixtri u dam importanti jikkuntattja l-111.
Tifla ta’ 4 snin li ħarġet pożittiva.
Maltija ta’ 39 sena li fis-7 ta’ April bdiet bis-sintomi u taħdem f’post tax-xogħol li fih instabet persuna oħra pożittiva.
Malti ta’ 19-il sena li jaħdem l-iScan u ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji minħabba diżinfentazzjoni tal-post.
Mara ta’ 68 sena li ma kellhiex sintomi iżda rriżultat pożittiva minn testijiet li qed isiru.
Mara ta’ 38 sena li ġiet ttestjata qabel daħlet biex twelled bħala parti mit-testijiet ta’ rutina li qed isiru anke jekk ma wriet l-ebda sintomi.
Mara Maltija ta’ 32 sena li bdiet bis-sintomi fit-8 ta’ April u qed issir investigazzjoni minħabba l-possibbilità ta’ kuntatt ma’ persuni oħra.
Mara Maltija ta’ 30 sena li daħlet l-isptar u minn test ta’ rutina rriżultat pożittiva u qed issir contact tracing.
Maltija ta’ 67 sena li bdiet tħoss bħal tagħfis fis-sider u rriżultat pożittiva.
Maltija ta’ 69 sena li bdiet bis-sintomi fis-7 ta’ April u ħarġet ukoll pożittiva.
Mara ta’ 51 sena li taħdem mal-anzjani u minkejja li ma kellha l-ebda sintomi ħarġet pożittiva minn testijiet ta’ rutina fil-post tax-xogħol.
Malti b’diversi kundizzjonijiet kroniċi, ippreżenta bis-sintomi u ħareġ pożittiv ukoll.

Każijiet oħra li għad iridu jiġu investigati:

Raġel Malti ta’ 32 sena, Barrani ta’ 27 sena, Maltija ta’ 50 sena, Barrani ta’ 50 sena, Maltija ta’ 44 sena, Maltija ta’ 48 sena, Malti ta’ 42 sena, Maltija ta’ 45 sena, Malti ta’ 32 sena, Barrani ta’ 29 sena, Tifel, Maltija ta’ 39 sena u Maltija ta’ 75 sena.

Gauci qalet li din hija l-bidu tal-curve u n-numru tal-każijiet qegħdin dejjem jiżdiedu. Qalet li l-awtoritajiet għaddejjin b’ħidma biex il-każijiet kemm jista’ jkun jiġu kkontrollati.

Ekonomija

Sport