Wolverhampton Wanderers qed jinteressaw ruħhom li jġibu lura lill-attakkant internazzjonali Portugiż Diogo Jota. Dan tal-aħħar għandu 28 sena u bħalissa qed jilgħab ma’ Liverpool li min-naħa tagħhom se jkunu qed jitfgħuh għall-bejgħ matul il-bidu tas-sajf liġej.
Mar-Reds hu ngħaqad fis-sena 2020 fejn lagħab 174 partita u skorja 64 gowl filwaqt li wettaq 22 assists.
Minkejja kollox, il-plejer qed ibati minn diversi injuries u għalhekk id-diriġenti tar-Reds qed jibdew jiddubittaw fil-kapaċitajiet tiegħu.