Saturday, December 21, 2024

DIRETT: Jingħata bidu għat-tieni semifinali tal-Eurovision

Ikompli l-appell biex Maltin li għandhom qraba eleġibbli iħeġġuhom biex jivvutaw

Aqra wkoll

Intemmet l-istennija ta’ dawk kollha li segwew il-vjaġġ tal-ambaxxatriċi Maltija Emma Muscat sa minn meta rebħet il-Malta Eurovision Song Contest.

Din se tkun it-tieni semifinali li fiha se jkunu qegħdin jintgħażlu l-aħħar 10 finalisti li se jkunu qegħdin jikkompetu fil-finali tas-Sibt li ġej.

YouTube video

Fl-ewwel semi finali li saret nhar it-Tlieta, għaddew il-Litwanja, l-Iżvizzera, l-Ukrajna, l-Olanda, il-Moldova, il-Portugall, l-Iżlanda, il-Greċja, in-Norveġja u l-Armenja. Ma’ dawn l-20 pajjiż se jingħaqdu ħames pajjiżi oħra magħrufa bħala l-“Big 5” li huma l-Italja, Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u Spanja.

Intant aktar kmieni l-kantanta Maltija Emma Muscat wegħdet li se tkun qiegħda tagħti kollox biex illejla tagħmilna kburin. Hija se tkun qiegħda tkanta fis-sitt post u appellat lil dawk kollha li għandhom qraba u ħbieb fil-pajjiżi eleġibbli li jivvutaw fil-votazzjoni tal-lejla sabiex iħeġġuhom jagħmlu dan. Dan jista’ jkun ta’ għajnuna kbira biex il-kantanta Maltija tikseb postha fost il-finalisti tas-Sibt li ġej.

Ekonomija

Sport