Fl-ewwel seduta tal-kumpliazzjoni xehdet ukoll oħt il-vittma.
Hija qalet li dakinhar bħala familja kienu qegħdin jieklu għal xin-nofsiegħa u għat-3.30 p.m. kienu se jħallsu.
Tiftakar li persuna kien ċempel lil ommha qallha li ġara xi ħaġa fit-triq tagħhom. “Morna minnufih d-dar t’ommi fi triq fidloqqom u wara ġew ikellmuna l-pulizija,” xehded oħt il-vittma.
Lil pulizija qalulhom li kien hemm persuna li kien ilu jdejjaq lil Eric u lil missieru l-aktar kien hemm xi ħadd jagħtihom fastidju, jiġri warajhom, saru rapporti l-għassa. Dan kien ilu jiġri minn Marzu 2021.
Tiftakar okkażjoni fejn Eric kien qalilha “reġa’ waqaf miegħi bil-karozza”.
Fix-xhieda tiegħu missier il-vittma qal li fir-residenza tiegħu tar-Rabat kienu jgħixu il-mara tiegħu u Eric. Xehed li Għandu għalqa l-Buskett u li għalih l-għalqa kienet żvog iqatta’ l-ħin tiegħu hemm.
Eric kien imur hemm u anke t-tfal l-oħra tiegħu.
Dakinhar li seħħ il-qtil huwa kien mar l-għalqa u wara marru jieklu n-Naxxar tal-ewwel tas-sena. “Ċemplulna li fit-triq tagħna seħħet sparatura. Qbadna u tlaqna minn fejn konna. B’ton baxx u miksur huwa qal li meta wasal fuq il-post, ra lil Eric fl-art.
Huwa qal li darba fost oħrajn kien irċieva telefonata mill-Għassa fejn kien infurmat li sar rapport fil-konfront tiegħu, li qalulu li kien qed jagħti fastidju lil Noel Azzopardi. Ma qalulux b’liema mod kien qed jagħtih fastidju.
Qal li jiftakar li kien hemm inċident fejn rassitu karozza. Qal li jaf li Noel kellu xi razzett viċinn tal-għalqa tiegħu.
Xehded ukoll it-tfajla ta’ Eric Borg – il-vittma tal-ewwel omiċidju ta’ din is-sena
Fix-xhieda tagħha t-tfajla ta’ Eric qalet li għall-ħabta tal-11.00am hu kien mar id-dar tagħha bil-mixi minħaba li joqogħdu viċin xulxin.
Imbgħad għas-2.30pm kien telaq mid-dar tagħha u minn hem komplew jikkomunika permezz ta’ messaġġi. Hu kien qallha li kien sejjer l-għalqa biex jitma’ l-annimali. Baqgħu f’kuntatt flimkien dwar x’kienu se jagħmlu dakinhar filgħaxija fejn kellhom imorru għand ‘iż-żija’.
Għall-ħabta tat-3.17pm bgħat l-aħħar messaġġ lit-tfajla jekk hux tajjeb għalija dak li kienu se jagħmlu filgħaxija. It-tfajla kompliet tgħid li wara semgħet is-sireni għaddejjin u bgħattlu x’ġarax xi ħaġa… Is-soltu jibgħati imma ma bagħtlix waqt li bdiet tibki.
Kompliet tixhed li Eric kellu jgħaddi għalija għall-ħabta tal-4.00pm. Irċeviet fuq Messenger mingħand ħabib tagħhom u saqsieha Eric jekk kienx magħha u hi qaltu li le… u dan il-ħabib kien bagħtilha screenshot ta’ artiklu li kien deher fuq il-midja.. tlaqt niġri mid-dar tiegħi għad-dar tiegħu u kien hemm il-pulizija.
12.23pm: Tah it-tieni tir biex ikun ċert li ma jqumx għalih
L-Ispettur xehed li waqt din it-tfittxija li saret Noel qalilna li ried iċempel Avukat tiegħu, Dr Alex Miruzzi. Hemm għamel kuntatt miegħu għall-ewwel darba.
Fit-2 ta’ Jannar 2024, saret l-awtopsja u ġew ikkonfermati mill-patoloġisti li l-ġisem kellu żewġ tiri. Qaluli li jidhru li kienu ġew sparati mill-viċin ħafna. Tir f’dahru u tir f’ġenb minnhom.
L-interrogazzjoni ta’ Azzopardi saret dakinhar stess waranofsinhar. Damet ftit aktar minn sagħtejn. Noel Azzopardi għażel li jwieġeb kważi għal kull mistoqsija li saritlu. Mistoqsi xkien għamel dakinhar tal-ewwel tas-sena, qal li niżel fl-għalqa tiegħu fil-Buskett, dam hemm sa waranofsinhar.
Mistoqsi fuq jekk jafx lil Eric Borg, huwa ma kienx jaf x’jismu qalilna li kien jafu bħala bniedem li kellu għalqa viċin ta’ fejn kienet l-għalqa tiegħu.
Mistqosi kif kellu arma an-nar fuqu, L-akkużat qal li kellu pjan li wara jitlaq mill-għalqa jmur ix-shooting range jispara fuq il-plattini. Ikkonferma li għandu liċenzja tal-armi tan-nar u li għandu 5 armi tan-nar. Ikkonferma wkoll li hu biss isuq il-vettura Toyota Hilux. Saqsejnih kif kien iltaqa’ ma’ Eric. Qal li fl-1 ta’ Jannar waqt li kien l-għalqa fil-viċinanzi kien rah hemm.
Li qalilna li Eric kien qallu ‘tindaħalx fl-affarijiet ta’ ħaddieħor, inpattihielek.’ Però ma qalilniex xkien qallu qabel… qatt ma tana risposta ċara.
B’dawn il-kliem li qallu Eric lilu għamluh irrabjat ħafna u skont hu dan mhux kliem li tgħid lil ħaddieħor. Minn hemm huwa ddeċieda li jsuq wara Eric Borg
Qalilna li Eric wasal fit-triq ta’ fejn joqgħod niżel u pparkja l-kaozza. Eric kien diġà barra l-karozza u waqqaf il-karozza tiegħu Noel, niżel mit-Toyota Hilux b’arma f’idejh u spara żewġ tiri mill-viċin lil Eric Borg. Qalilna li kien sparalu f’dahru. Saqsejnieh jekk Eric dak il-ħin kellux xi tip ta’ arma f’idejh, qalilna li le.
Saqsejnieh ukol għala ħass li kellu jisparalu żewġ tiri, qalila li l-ewwel sparalu tir f’daru u kif rah mal-art għal xi raguni ħaseb li se jqum, tah tir ieħor biex ikun ċert li ma jqumx għalih.
Mistoqsi għala ddeċieda li joqtlu flok baqa’ jsuq ‘l hemm jew jagħmel rapport mal-Pulizija… qalilna li dak il-ħin ra dalma u kien irrabjat bil-kliem li qallu Eric…
Saqsejnieh x’għamel wara… qalilna li eżatt wara hu reġa’ rikeb fit-Toyota Hilux u saq għad-dar. Qalilna li hemm ħass li kien għamel xi ħaġa ħażina u ddeċieda li jgħid lil ommu u lil missieru b’dak li kien għadu kif għamel. Il-ġenituri tiegħu kienu xxukjati kif semgħu dan kollu, ċemplu lil oħtu u evetwalment ddeċidew li jakkumpanjawh l-għassa.
Staqsejna lil Noel Azzopardi għalfejn kien hemm armi mhux imsakkra, huwa qal lill-pulizija li l-cabinet li jissakkar kien mimli u ma kienx hemm fejn jitfa’ aktar armi fih.
12.00pm: “Qalilna li l-arma kienet wara grandfather clock fis-salott”
L-Ispettur Camilleri qal li waqt li kienu fuq il-post, “parti mill-investigazzjonijiet preliminari li konna nagħmlu kien hemm membri familjari tal-vittma stess. Bdejna nsaqsuhom xi mistoqtsijiet li setgħu jkunu ta’ għajnuna fl-investigazjonijet qalulna li sa fejn jafu huma Eric ma kellhom problemi ma’ ħadd. Huma ddeskrivewh bħala bniedem kwiet, però oħtu qalet lill-pulizja li ftit ġranet qabel il-vittma qalilha li ċertu Noel Azzopardi kien qed isuq warajh u viċin tiegħu biex b’xi mod jintimidah.”
Kompla jixhed li oħtu qaltilhom li lil Noel jafuh għax kellu għalqa viċin ta’ fejn kellhom għalqa huma. Iżda ma jiftakrux li kien hemm xi diżgwid bejniehtom. Qalulna li safejn jafu huma Noel kellu xi Toyota Hilux griża.
Fix-xhieda tiegħu l-Ispettur qal li peress li anke l-informazzjoni tal-vettura qablet ma’ dawk li qalulna x-xhieda, konna qed nippjanaw biex nagħmlu l-arrest ta’ Noel Azzopardi. Waqt li konna qed ippjanaw li nagħmlu dan sar magħruf li joqgħod ir-Rabat, irċevejna telefonata mill-Għassa tar-Rabat, għall-ħabta tal-5.15 p.m., fl-istess jum, qalulna li kien daħal Noel Azzopardi akkumpanjat minn xi membri tal-familja tiegħu u qalulna li kien qed jgħidilhom li kellu x’jaqsam ma’ dan il-każ.
Huwa kien ingħata d-drittijiet kollha. “Mumenti wara, morna l-Għassa tar-Rabat. Noel Azzopardi beda jgħid li kien għadu kemm spara u qatel persuna. Membri tal-familja li kienu miegħu l-għassa kienu missieru, oħtu, u persuna oħra li jiġi minnhom. Il-familjari qalulna li Noel kien qalilhom b’dak li għamel xħin mar id-dar u kienu huma li marru bih l-għassa tar-rabat,” kompla jixhed l-Ispettur.
Dan kollu li ġara fl-Għassa tar-Rabat huwa rrekordjat minn body cams tal-pulizija.
“Stajna ninota li huwa kien liebes shorts, u anke kien hemm marki ta’ dmija fuq is-shorts. Il-ħwejjeġ ta’ fuqu ttieħdu biex jiġu ezaminati mit-tim forensiku, ġibna xi ħwejjeġ mid-dar tiegħu u biddel. Għall-ħabta tas-7.30 p.m., jien flimkien mat-tim forensiku u Noel stess proċedejna fir-residenza fejn kien joqgħod. Saret tfittxija fir-residenza. It-Toyota Hilux instab ipparkjat fil-garaxx tal-istess residenza. Stajna naraw li f’dan il-vann kien hemm ċintorin li jieħu l-munizzjon fih… ġiet ittowjata minn fuq il-post,” kompla jixhed l-ewwel xhud f’dawn il-proċeduri.
Minn dim ir-residenza b’kollox it-tim ballistiku, assistit mit-tim forensiku elevaw madwar 8 armi ta-nar, kollha shotguns. Kien hemm ħamsa minnhom reġistrati fuq Noel, u tlieta oħra reġistrati fuq missieru.Minn dawn l-armi ħamsa minnhom biss kienu msakkra f’cabinet kif titlob il-liġi, tlieta oħra stabu fi kmamar differenti.
Xħin noel mistoqsi liema arma ntużat fid-delitt, qal lill-pulizija li kienet fis-salott ta’ kif tidħol. “Qalilna li kien hemm grandfather clock u warajh hemm l-arma u fil-fatt ġie kkonfermat li kien hemm arma u ġiet elevata.
11:00 a.m: “Rawh jinżel mill-vann u tah żewġ tiri mill-viċin ħafna”
L-ewwel xhud fis-seduta tal-lum kien l-Ispettur Wayne Camilleri stazzjonat l-Iskwadra ta’ Kontra l-Omiċidji. Huwa beda biex qal li fl-1 ta’ Jannar 2024, għall-ħabta tal-3.40 p.m., kien infurmat mill-control room tal-pulizija li fi Triq Fidloqqom, ir-Rabat, kien daħal rapportt ta’ sparatura u xħin marru fuq il-post il-pulziija kkonfermaw ir-rapport u sabu katavru ta’ persuna maskili fuq il-post.
Huwa qal li mar fuq il-post u xħin wasal kien hemm diġà fuq il-post pulizija tad-distrett u tal-forensika u tim mediku. Ix-xena ta’ fejn kien hemm il-katavru kienet diġà priservata. Il-ġisem kien fuq il-bankina ta’ din it-triq wiċċu ‘l isfel u stajt ninnota li kellu żewġ gunshot wounds waħda f’dahru u l-oħra f’ġenbejh in-naħa tal-lemin tiegħu.
Fuq il-katavru nstabet l-ID card tiegħu u card maħruġa minn Transport Malta. Kien hemm id-dettalji tiegħu u ġie kkofermat l-identità tiegħu li kien Eric Borg. Ġie kkonfermat ukoll li Eric kien jirrisjedi fl-istess triq ta’ fejn seħħ il-każ.
“Qaluli li sabu wkoll żewġt iskrataċ li possibilment setgħu ntużaw fil-każ. Dawn ġew fotografati u elevati. Instab ukoll il-mobile tal-vittma u kien hemm landrover li rriżulta li hija l-istess vettura li għamel użu minnha Eric. Din ġiet ittowjata u eżaminata mit-tim forensiku,” kompla jixhed l-Ispettur Camilleri
Kompla jixhed quddiem il-Maġistra li “fuq il-post ġejt infurmat li kien hemm żewġ xhieda li kienu huma li possibilment ċemplu l-112.
“Kienu fl-istess triq, fejn huma ttawlu mill-gallarija. Dawn huma żewġ barranin fejn aktar tard ittiħditilhom il-verżjoni tagħhom. Huma tawna deskrizzjoni ta’ x’raw. Tawna deskrizzjoni ta’ min spara… qalulna li min spara kellu arma bħala shotgun… Qalulna li rawh ħiereġ mill-vettura Toyota Hilux, niżel bl-arma tan-nar resaq lejn il-vittma u setgħu jarawh li tawh żewġ tiri minn distanza viċin ħafna.”
Fuq il-post kien hemm ukoll l-Ispettur Godwin Scerri.
Aktar kmieni: Tibda l-kumpilazzjoni b’rabta mal-qtil ta’ Eric Borg
Quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia dalgħodu bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni kontra Noel Azzopardi li qed jiġi mixli bil-qtil ta’ Eric Borg fir-Rabat fl-ewwel jum tas-sena.
Fl-awla għadu kemm daħal l-akkużat skortat minn diversi uffiċjali tas-sigurtà.
Noel Azzopardi ta’ 39 sena mir-Rabat kien tressaq b’arrest quddiem il-Maġistrat Monica Vella nhar l-Erbgħa 3 ta’ Jannar fejn ġie mixli bil-qtil.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.30 p.m. fi Triq il-Fidloqqom, ir-Rabat. Jingħad li s-suspettat u l-vittma kienu involuti f’argument bejniethom.
Waqt dan l-argument intużat arma tan-nar fejn Borg intlaqat minn żewġ tiri u tħalla mixħut fuq il-bankina. L-allegat aggressur kien ħarab minn fuq il-post iżda ġie arrestat ftit sigħat wara.
Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukat Kaylie Bonett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispetturi Wayne Camilleri u Godwin Scerri. L-Avukati Arthur Azzopardi, Jacob Magri u Alex Miruzzi qed jidhru għall-imputat.