Wednesday, July 24, 2024

Konġestjoni tat-traffiku fil-Ħamrun wara ħabta bejn karozza u tal-linja

Aqra wkoll

Fl-inħawi tal-Ħamrun b’mod speċjali fi Strada Rjali bħalissa hemm traffiku kbir hekk kif ftit tal-ħin ilu seħħet ħabta bejn karozza u karozza tal-linja.

L-inċident seħħ kważi quddiem stabbiliment tax-xiri u għalhekk hemm it-triq sal-Blata l-Bajda ġġamjata bit-traffiku.

Parti mit-triq tinsab magħluqa għat-traffiku. Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, iżda s-sewwieqa huma mħeġġa biex jevitaw iż-żona.

Ekonomija

Sport