Wednesday, July 24, 2024

Project Green b’Kap Eżekuttiv ġdid

Aqra wkoll

Project Green illum ħabbret il-ħatra tas-sur Joseph Cuschieri bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tagħha. Fl-ewwel kummenti tiegħu, is-Sur Cuschieri qal; “Għandna żminijiet ta’ sfida u eċċitanti quddiemna. Ninsab ħerqan sabiex inkompli nibni fuq ix-xogħol tajjeb li wettaq il-kap eżekuttiv ta’ qabli Steve Ellul. 

Żied jgħid li flimkien mat-tim ta’ Project Green, se jkompli jistinka biex jiżviluppa u jimplimenta proġetti ħodor innovattivi u ta’ kwalità li jżidu valur u ambjent aħjar għall-komunitajiet f’Malta u Għawdex. 

Is-Sur Cuschieri huwa Certified Public Accountant, li jispeċjalizza fil-formulazzjoni ta’ strateġija, fil-finanzi korporattivi u fl-żvilupp tan-negozju. Huwa għandu wkoll Master’s Degree fl-Amministrazzjoni tan-Negozju mill-Kulleġġ ta’ Henley Management, fir-Renju Unit u Advanced Diploma in Management Accounting mill-Chatered Institute of Management Accountants (CIMA), fir-Renju Unit.

Matul il-karriera professjonali tiegħu, huwa okkupa diversi karigi eżekuttivi għolji u diretturi fis-settur privat u pubbliku.

F’dawn l-aħħar snin, huwa okkupa l-karigi ta’ Chairman Eżekuttiv fl-Awtorità Maltija tal-Logħob u CEO fl-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.

Ekonomija

Sport