Thursday, November 28, 2024

Direttur ġdid għall-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi

Aqra wkoll

Is-Sur Anthony Sevasta ser jinħatar Direttur għall-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi, li għandu jkun l-uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ dan l-Uffiċċju. Din il-ħatra seħħet wara li skont l-liġi saret konsultazzjoni mal-Bord tal-Irkupru tal-Assi u dan qabel b’mod unanimu ma’ din in-nomina tal-ħatra. Huwa serva bħala Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Identity Maltagħal dawn l-aħħar erba’ snin. Fl-erba’ snin preċedenti serva fl-istess entità bħala Uffiċjal Kap fid-Dipartiment tat-Teknoloġija Informatika u Komunikazzjoni. Fil-karriera tiegħu serva f’diversi irwoli oħra f’entitajiet u istituzzjonijiet varji. Huwa gradwat b’ Masters fil-Business Information Technology.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza jħabbar li s-sur Anthony Sevasta ser jidħol fil-kariga ta’ direttur b’effett immedjat. Huwa ser ikun qiegħed jissostitwixxi lil Dr Kenneth Camilleri li għal dawn l-aħħar xhur serva bħala Aġent Direttur ta’ dan l-uffiċċju. Il-Ministru Zammit Lewis jirringrazzja lil Dr Camilleri għas-servizz tiegħu, filwaqt li jawgura s-sur Anthony Sevasta għal din il-kariga ġdida.

Sport