Friday, May 3, 2024

Il-Papa Franġisku mistenni jżur pajjiżna f’April

Aqra wkoll

Rapporti fil-midja lokali qed jindikaw li l-Papa Franġisku mistenni jżur pajjiżna f’April, bid-dati msemmija jkunu s-Sibt 2 u l-Ħadd 3 ta’April.

Il-Papa Franġisku kellu jżur Malta f’Mejju tal-2020, iżda din kellha tiġi posposta minħabba l-pandemija tal-Covid-19. 

Minn hemm mezzi tax-xandir kienu rrappurtaw li l-Papa kien se jżur lil Malta fil-bidu ta’ Diċembru, liema żjara ġiet posposta minħabba tħassib dwar il-pandemija fix-xitwa.

Imbagħad f’Ottubru tas-sena l-oħra, meta l-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa mal-Papa fil-Vatikan, kien tħabbar li ż-żjara tal-Papa f’pajjiżna se ssir fl-ewwel kwart tas-sena 2022.

Sport