Saturday, December 21, 2024

Disa’ żgħażagħ jinqabdu mill-Pulizija jagħtu n-nar fi sptar privat

Aqra wkoll

Azzjoni f’waqtha mill-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun, assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit wasslet biex it-Tnejn waranofsinhar inqabdu disa’ żgħażagħ waqt li allegatament kienu qegħdin jagħtu n-nar f’binja abbandunata f’Santa Venera. 

Kien għall-ħabta tat-3.00 p.m. x’ħin il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm xi żgħażagħ li daħlu f’dik li kienet binja ta’ sptar privat u bdew iqabbdu xi kmamar. Għaldaqstant il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn innutaw numru ta’ ġuvintur, li l-etajiet tagħhom tvarja bejn il-15-il sena u l-20 sena, ħerġin mill-binja u ġew miżmuma. 

Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien. 

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Monica Vella li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport