Thursday, March 28, 2024

L-atleti abbużati mit-tabib Larry Nassar se jingħataw kumpens ta’ €253 miljun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mijiet ta’ tfajliet u nisa, li ġew abbużati mit-tabib Larry Nassar meta kienu qed jikkompetu fit-tim nazzjonali tal-ġinnastika tal-Istati Uniti, se jirċievu bejniethom kumpens ta’ €253 miljun.

Dan il-kumpens qiegħed jitqies fost l-akbar mogħtija fuq każi ta’ abbużi sesswali. Dan il-kumpens se jingħata mill-USA Gymnastics bħala parti minn ftehim mal-vittmi barra l-Qorti. Barra minn hekk il-Kumitat Olimpiku se jkun qed jagħti wkoll għadd ta’ siġġijiet fil-bord tiegħu lill-vittmi tal-abbuż.

Fl-2018 Nassar kien ikkundannat 300 sena ħabs wara li ammetta akkuża b’rabta ma’ abbużi sesswali. 

Rachael Denhollander, li kienet l-ewwel waħda li żvelat fil-pubbliku l-allegazzjonijiet kontra Nassar lura fl-2016, laqgħet din l-aħbar u qalet li finalment dan il-kapitlu ngħalaq u ttamat li jkun hemm ħidma fir-riforma. Hija żiedet tgħid kollox jiddependi minn dak li se jiġri fil-ġimgħat li ġejjin biex tiġi konfermata l-bidla favur il-ġustizzja.

Ekonomija

Sport