Wednesday, April 24, 2024

Player imut wara li qala’ daqqa ta’ sieq f’sidru

Aqra wkoll

Player miet wara li rċieva daqqa ta’ sieq f’sidru mingħand avversarju waqt partita ta’ ħbiberija fil-Brażil.

Geovani Biancho, ta’ 42 sena, miet ftit wara li ttieħed l-isptar b’urġenza. Żagħżugħ ta’ 21 sena, li ismu ma ngħatax, ġie interrogat mill-pulizija iżda ngħata l-ħelsien mill-arrest sakemm issir investigazzjoni. 

Rapporti  jgħidu li dan iż-żagħżugħ ammetta l-attakk iżda sostna li ‘tilef rasu’ f’mument ta’ ġenn.

Biancho, li ħalla warajh mara u tifel ta’ tliet snin, ġie attakkat is-Sibt waqt logħba ta’ ħbiberija qrib il-belt ta’ Carlos Barbosa fin-nofsinhar tal-Brażil.

Huwa kien qed jilgħab mat-tim lokali Torinense Recretional Sporting Club.

Qed jiġi allegat li xhud qal lill-pulizija li huwa daħal f’argument ma’ avversarju wara li kkommetta foul iżda sostna li l-aggressur kien it-tielet raġel li tah daqqa ta’ f’sidru.

Ix-xhud qal lil ġurnal lokali: “Ħsibna li kien se jifred liż-żewġt irġiel inkluż il-vittma li kienu qed jargumentaw iżda minflok ġera lejh u tah daqqa ta’ sieq.”

Il-kollegi ta’ Biancho għenuh wara li beda jħabbat wiċċu mal-art u ssejħet ambulanza iżda ġie dikjarat mejjet ftit qabel nofs il-lejl tal-istess jum.

Jingħad li l-aggressur ħarab minn fuq il-post qabel ma nqabad.

Sport