Saturday, December 21, 2024

Disat irġiel se jgħaddu ġuri b’rabta mal-qtil ta’ ġurnalist Olandiż

Aqra wkoll

Disat irġiel suspettati bil-qtil tal-ġurnalista prominenti Olandiż Peter R de Vries se jkunu qed jgħaddu ġuri f’Jannar tas-sena d-dieħla, bil-verdett mistenni li jingħata sas-sajf li ġej. 

De Vries kien inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar f’Amsterdan nhar is-6 ta’ Lulju 2021. Huwa kien għadu kif ħareġ mill-istudjo fejn kien mistieden biex jitkellem waqt programm televiżiv.

Huwa miet disat ijiem wara li seħħ il-każ, bil-Prosekuturi jemmnu li De Vries inqatel minħabba l-irwol tiegħu bħala konsulent ta’ xhud tal-istat fil-ġuri ta’ baruni tad-droga li kien arrestat f’Dubaj fl-2019. Żewġ suspettati identifikati bħala Delano G u Kamil E mill-Polonja kienu arrestati ftit wara l-inċident li xxokkja l-pajjiż.

Iż-żewġt irġiel bdew għaddejjin ġuri f’Ġunju tas-sena li għaddiet, bil-Prosekuturi jitolbu għal sentenza ta’ għomor ħabs, iżda s-sentenza ġiet posposta wara li ħarġet informazzjoni ġdida li l-Imħallfin qalu li kellha tiġi miżjuda fil-każ.

Waqt is-seduta, il-Prosekuturi akkużaw lil Delano G li spara t-tir u lil Kamil E li saq il-karozza li biha telqu minn fuq il-post. Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u għażlu li ma jixhdux fil-ġuri tagħhom.

Sussegwentement, seba’ suspettati oħra kienu arrestati fl-investigazzjoni li baqgħet għaddejja b’rabta ma’ dan il-każ. Il-ġuri tagħhom huwa skedat li jibda fit-23 ta’ Jannar, bil-verdett mistenni jingħata f’Ġunju. 

Ekonomija

Sport