Monday, May 13, 2024

Esibizzjoni ta’ kollezzjoni ta’ memorabilia ta’  Cristiano Ronaldo u Lionel Messi

Aqra wkoll

B’riżq l-Organizzazzjoni Voluntarja ‘Step Up For Parkinson’s’, bejn illum il-Ġimgħa l-1 ta’ Diċembru mid-9.00am sas-6.00pm u nhar il-Ħadd it-3 ta’ Diċembru bejn id-9.00am u l-4.00pm ġewwa s-Sala Ewlenija tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Inklużjoni, l-Organizzazzjonijiet Volontarji u d-Drittijiet tal-Konsumatur ġewwa l-Imrieħel, Birkirkara, ser ikun hemm esibizzjoni ta’ kollezzjoni unika ta’ memorabilia oriġinali li tiġbor fiha l-karriera kollha ta’ żewġ leġġendi sportivi – Cristiano Ronaldo u Lionel Messi.

Hemm ukoll għall-wiri l-Ballun tad-Deheb, li nġieb Malta apposta għal din l-okkażjoni, kif ukoll iċ-Champions League u trofej oħrajn ta’ prestiġju. Il-ftuħ uffiċċjali ta’ din il-wirja sar  illum il-Ġimgħa l-1 ta’ Diċembru fis-1.30pm mill-Ministru Julia Farrugia Portelli.

Id-dilettanti sportivi jistgħu jieħdu sehem f’irkant ta’ memorabilia imprezzabbli, fosthom flokkijiet iffirmati ta’ plejers ta’ Manchester United, flokk u faxxa tal-captain oriġinali ta’ Cristiano Ronaldo mal-klabb preżenti tiegħu Al-Nassr FC, polo shirt u track suit ta’ Roma FC iffirmati minn Francesco Totti, ritratt differenti fi frames iffirmati minn Paul Gascoigne, Arrigo Sacchi u t-tim nazzjonali Malti li rebaħ lill-Ungerija 2-1 fis-sena 2006, faxxa tal-captain iffirmata minn Dimitar Berbatov u flokk oriġinali tat-tim nazzjonali ta-rugby.

Sport